TRAINING
Il-Proċeduri għall-Armonizzazzjoni tad-Data u tal-Metadata |
Is-Sors |
Verżjonijiet aktar bikrija ta’ dan it-taħriġ tal-module, ġew żviluppati fl-2010 fil-kuntest tal-proġett NatureSDIplus (www.nature-sdi.eu) u fl-2013 fil-kuntest tal-proġett tal-smeSpire. |
Min għandu d-dritt tal-pussess |
Awturi: Giacomo Martirano, Fabio Vinci, Stefania Morrone (EPSILON ITALIA). Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/) |
L-Astratt |
Is-self-learning module jagħti deskrizzjoni qasira u ġenerika tal-proċeduri, li jintużaw biex is-sors eteroġenetiku tad-datasets u tal-metadata, jiġi trasformat skont l-iskemi mmirati tal-INSPIRE. Jagħti l-punti prinċipali tal-prinċipji tal-armonizzazzjoni tad-data u tal-metadata, b’relazzjoni mal-INSPIRE. Apparti minn hekk, jiddeskrivi wkoll il-passi meħtieġa għal dan il-proċess ta’ armonizzazzjoni. Dan il-module jispjega kif wieħed jista’ janalizza l-mudelli tad-data (is-sors u l-mira) u kif wieħed jista’ juża t-tabelli tat-tqabbil, sabiex b’hekk ikun jista’ jsir it-tlaqqigħ bejn is-sors tad-data u l-elementi tal-iskema mmirata tal-INSPIRE. Dan kollu jagħti deskrizzjoni qasira u ġenerika ta’ xi għodod li jintużaw għat-trasformazzjoni, sabiex b’hekk tkun aktar faċli li jintgħażlu l-aktar għodod tajbin. Barra minn hekk, il-module jintroduċi l-prinċipji tal-validitazzjoni, bħala pass neċessarju sabiex b’relevanza speċifika, tkun tista’ tiġi ċċekkjata l-konformità tad-data u/jew tal-metadata armonizzata. Eżempji prattiċi tat-trasformazzjoni tad-data u tal-validitazzjoni tagħha, huma provduti fil-modules LINKVIT “Data Remodelling: Practical Experiences” u “Metadata and Data Validation for INSPIRE” rispettivament. |
L-Istruttura |
|
Ir-Riżultati |
Wara l-module, il-parteċipant se jkun jista’ jidentifika u jiddeskrivi l-passi meħtieġa sabiex tkun tista’ sseħħ l-armonizzazzjoni tad-data/metadata, se jkun jista’ jidentifika r-regoli/l-linji gwida li huma meħtieġa fil-proċess tal-armonizzazzjoni u/jew tal-validitazzjoni, se jkun jista’ jidentifika l-aħjar għodod għat-trasformazzjoni, u se jkun jista’ jevalwa l-kumplessità tal-proċess tal-armonizzazzjoni tad-data/metadata. |
L-Udjenza Intenzjonata |
Professjonisti tal-GIS u tal-ICT, li għandhom l-għan li jifhmu l-prinċipji tal-armonizzazzjoni tal-INSPIRE. Impjegati, li m’għandhomx konnessjoni mat-teknoloġija, imma jappartjenu għal organizzazzjonijiet li għandhom il-ħsieb li jimplimentaw l-INSPIRE. |
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’) |
Għarfien bażiku fuq id-direttiva tal-INSPIRE. |
Il-Lingwa |
Ingliż |
Il-Format |
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module hu self-learning module. |
Il-Ħidma Mistennija |
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar sagħtejn. |