TRAINING


 

Il-validità tal-Metadata u tad-Data għall-INSPIRE

 

 

Is-Sors
Verżjonijiet aktar bikrija ta’ dan il-module ta’ taħriġ, ġew żviluppati fl-2013, fi ħdan il-kuntest tal-proġett tal-smeSpire. (http://www.smespire.eu/).
Min għandu d-dritt tal-pussess
Awturi: Giacomo Martirano, Fabio Vinci, Stefania Morrone (EPSILON ITALIA). Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/)
L-Astratt

Dan is-self-learning module jipprovdi eżempji tal-metadata u tal-validitazzjoni tad-data, meta mqabbel mal-bżonnijiet applikabbli tar-Regoli u tal-Linji Gwida Tekniċi tal-INSPIRE li jridu jiġu implimentati.

Billi jintużaw għodod differenti, wieħed jingħata eżempji ċari ta’ kif il-metadata li tkun diġà teżisti, tista’ tiġi validata, u/jew kif toħloq metadata skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-INSPIRE (Il-Kummissjoni tar-Regolamenti (EC)N. 1205/2008).

Jingħataw ukoll eżempji ta’ kif is-sitt elementi tal-metadata jiġu integrati flimkien għall-interoperabilità, li hi bżonjuża fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-INSPIRE, għall-interoperabilità tas-settijiet tal-ispatial data u tas-servizzi (Ir-Regolament Kummissjonali (UE) Numru 1089/2010).

Dan il-module juri kif wieħed jista’ jassessja l-livell ta’ konformità li hu speċifikat mir-Regolament Kummissjonali (UE) Numru 1089/2010, u li jkun relevanti għad-dataset tal-GML, li jappartjeni għall-INSPIRE Annex II/III data themes.

Il-Konformità hi assessjata permezz ta’ Executable Test Suite (ETS), jiġifieri, implimentazzjoni fiżika tal-Abstract Test Suite (ATS) li hi definita fl-Annex A tal-Ispeċifikazzjonijiet tad-Data.

L-Istruttura
  1. Il-validitazzjoni “Niskopru l-Metadata
  2. Il-validitazzjoni “Metadata għall-interoperabilità”
  3. Il-validitazzjoni tad-data: minn ATS għal ETS
Ir-Riżultati
Wara l-module, il-parteċipant se jkun jista’ jivvalidita l-metadata li tkun diġà teżisti, se jkun jista’ joħloq u jivvalidita l-metadata miġbura mill-INSPIRE, u se jkun jista’ jassessja l-konformità tad-dataset tal-GML INSPIRE.
L-Udjenza Intenzjonata
Dan hu intenzjonat għall-professjonisti tal-GIS u tal-ICT, li għandhom l-iskop li jivvaliditaw il-metadata tagħhom u d-datasets, kontra l-bżonnijiet tal-INSPIRE.
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’)

Għarfien bażiku fuq l-INSPIRE.

Il-module LINKVIT:Procedures for Data and Metadata Harmonization”.

Il-Lingwa
Ingliż
Il-Format
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module hu self-learning module.
Il-Ħidma Mistennija
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar sagħtejn.