TRAINING
Introduzzjoni għas-Sensor Web Enablement |
Is-Sors |
It-taħriġ ta’ dan il-module ġie żviluppat fl-2014, fi ħdan il-kuntest tal-proġett tal-smeSpire. (http://www.smespire.eu/). |
Min għandu d-dritt tal-pussess |
Awturi: Simon Jirka (52oTramuntana). Il-materjal hu provdut mill- Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/) |
L-Astratt |
Madwar id-dinja, hemm mijiet ta’ miljuni ta’ sensors tal-konnessjoni tal-Internet, u n-numru qiegħed dejjem jikber b’rata mgħaġġla. Dawk is-sensors jiġbru informazzjoni f’ħin preċiż mill-kejl li jinġabar permezz ta’ sensors speċjali. Permezz tal-mowbajls, dawn is-sensors ikejlu wkoll il-movimenti li jagħmlu l-bnedmin. L-istandardizzazzjoni hi waħda mill-prinċipji neċessarji sabiex l-informazzjoni fuq is-sensors tkun tista’ tiġi kkomunikata u sabiex informazzjoni minn sensors differenti tkun tista’ tiġi kkumparata u tingħaqad flimkien. L-istandards tal-OCS’s Sensor Web Enablement jilħqu dawn il-kundizzjonijiet u għalhekk jagħmluha aktar faċli biex l-informazzjoni tiġi integrata fl-eluf ta’ applikazzjonijiet tal-geospatial li jimplimentaw standards oħra mill-OGC, li jinkludu l-implimentazzjonijiet tas-servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE. Fis-sezzjoni tat-taħriġ jiġu diskussi l-prinċipji tal-OGC Sensor Web Enablement u l-istandards tal-immudellar u tal-encoding measurement data, kif ukol tas-sensor tal-metadata. Is-sezzjoni tittratta wkoll is-servizzi tas-sit li jipprovdi aċċess għall-osservazzjoni tal-informazzjoni, il-kontroll tas-sensors u tan-notifikazzjonijiet tal-avvenimenti, u diskussjonijiet tipiċi |
L-Istruttura |
Dan is-seminar jinkludi fih dawn il-modules/partijiet:
|
Ir-Riżultati |
Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant se jkun jista’:
|
L-Udjenza Intenzjonata |
Dan is-seminar hu intenzjonat għal dawk kollha li b’xi mod iridu jaħdmu mal-proviżjoni u mat-tpartit tal-informazzjoni osservata. Il-parti tat-taħriġ, se tkun relevanti speċjalment għall-esperti tekniċi. Madankollu, b’mod ġenerali, dan is-seminar hu utli wkoll għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u għall-istakeholders li jkunu interessati li jitgħallmu fuq l-istampa kollha wara l-idea tas-Sensor Web (jiġifieri, kif tittratta l-informazzjoni osservata fl-infrastrutturi tal-ispatial data). |
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’) |
Il-parteċipanti għandhom ikollhom fehim ġenerali fuq il-kunċett tal-infrastrutturi tal-ispatial data. Fehim ġenerali fuq l-istandards tal-OGC ukoll jgħin fil-proċess, għalkemm mhuwiex neċessarju. |
Il-Lingwa |
Ingliż |
Il-Format |
Preżentazzjonijiet u taħriġ prattiku (għall-parti tat-taħriġ, se jkun qiegħed jintuża d-DVD OSGeo Live http://live.osgeo.org/en/overview/overview.html) |
Il-Ħidma Mistennija |
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar għaxar sigħat. |