TRAINING


 

Introduzzjoni għall-prezzijiet u għall-profitti tal-INSPIRE u lopportunitajiet possibbli

 

 

Is-Sors

It-taħriġ ta’ dan il-module ġie żviluppat fl-2013 fil-kuntest tal-proġett smeSpire (http://www.smespire.eu/).

Min għandu d-dritt tal-pussess

Awtur: Catharina Bamps, KU Leuven. Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/).

L-Astratt

L-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-INSPIRE tiġġenera l-infiq kif ukoll il-profitt u l-opportunitajiet possibbli għas-settur pubbliku (Amministrazzjoni), għas-settur privat (Negozju) u għaċ-ċittadin.

Dan il-module jagħti l-ewwel deskrizzjoni qasira u ġenerika, fuq kif l-Infrastruttura tal-Informazzjoni Spazjali bħala negozju, bdiet tevolvi (u l-INSPIRE hi l-SDI għall-Ewropa). Tibda mill-ksib lura talispejjeż, tgħaddi għad-dibattiti kemm b’xejn kif ukoll dawk ta’ bi ħlas, imbagħad għall-analiżi ta’ bejn l-infiq u tal-benefiċċji, il-ksib lura mill-investiment tiegħek u fl-aħħar il-valutazzjoni tad-domanda. Informazzjoni/servizzi li mhumiex aċċessati jew użati, m’għandhom l-ebda valur (u għalhekk m’għandhom l-ebda profitt), allura l-valur ġej mill-utilità (il-konsum tal-informazzjoni/tas-servizzi), definiti mill-parteċipanti (A, B u Ċ).

Wieħed jista’ anke jara xi eżempji u prattiċi tajbin tal-konsum tal-informazzjoni u tas-servizzi filproċessi tan-negozji u fil-profitti għal A, B u Ċ (sors: uropean Union Location Framework good practices).

Apparti minn hekk, dan il-module jittratta wkoll ir-regola implimentata fuq il-Moniteraġġ u r-Rappurtar u l-linji-gwida għall-Istati Membri, sabiex jirrappurtaw fid-dettall l-aspetti tal-infiq u tal-profitt. Irrapporti ta’ dawn il-pajjiżi jinkludu informazzjoni għall-opportunitajiet tal-B2A, l-iktar fuq negozju li jista’ jagħti l-appoġġ tiegħu lill-amministrazzjoni sabiex tkun tista’ tilħaq il-benefiċċji tal-INSPIRE.

Barra minn dan, il-modules joqogħdu attenti għall-opportunitajiet tan-negozju, li jiġu misluta millimplimentazzjoni tal-INSPIRE: tippjana l-INSPIRE (B2A) u tibni fuq l-INSPIRE (B2A, B2B u B2C). Lippjanar tal-INSPIRE jinkludi proċessi differenti tan-negozji, li huma ddentifikati skont id-Direttiva tal- INSPIRE. Jinkludi wkoll l-implimentazzjoni tar-regoli li timplika attivitajiet innovattivi, bħallpubblikazzjoni tal-informazzjoni bħala informazzjoni marbuta u miżjuda mar-realtà.

Il-materjal tat-taħriġ jikkonsisti fi preżentazzjonijiet, dokumenti li juru evidenza u weblecture. Dan ilmodule hu self-learning module.

L-Istruttura

Dan il-module jikkonsisti minn dawn il-partijiet:

  1. L-Infiq u l-Profitt tal-implimentazzjoni tal-INSPIRE
  2. Eżempji tal-INSPIRE u l-proċessi tan-negozji SDI
  3. Fejn huma l-opportunitajiet tan-negozji?
Ir-Riżultati

Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant ikun jista’ jqassar il-ħsibijiet tal-Infrastruttura tal-Informazzjoni Spazjali fil-każ ta’ negozju u jkun jista’ jiddeskrivi l-elementi ewlenin tar-ritorn fuq l-investiment u ddomanda tal-valutazzjoni. Dan ikun jista’ juri b’mod ċar il-konsum tal-informazzjoni u tas-servizzi filproċessi tan-negozju u fil-benefiċċji ta’ A, B u Ċ; u jiddeskrivi fil-qasir il-bżonnijiet meħtieġa rigward laspetti tal-infiq u tal-profitt, tal-IR għall-Moniteraġġ u għar-Rappurtar. Apparti minn hekk, ikun jista’ jidentifika wkoll opportunitajiet possibbli għan-negozju, opportunitajiet li jinqalgħu mill-attivitajiet li jiġu organizzati mill-INSPIRE, u li jkunu nbnew fuq l-INSPIRE li diġà stabbilita.

L-Udjenza Intenzjonata

Dan is-seminar huwa intenzjonat għal dawk il-professjonisti li jridu jħarsu fil-fond fl-isfidi li ġġib magħha l-inizjattiva tal-INSPIRE u jridu jkomplu jżidu mal-opportunitajiet li l-INSPIRE qiegħda toffri (eż: min imexxi l-SME’s (il-kumpaniji żgħar u medji) u l-figuri pubbliċi). Dan is-seminar hu intenzjonat ukoll għal dawk in-nies qiegħda li qegħdin ifittxu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol.

Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’)

Il-Parteċipanti jridu jkunu jafu l-bażiċi tal-INSPIRE jew inkella jkunu segwew l-Introduzzjoni tal- INSPIRE.

Il-Lingwa
Ingliż
Il-Format
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module hu self-learning module.
Il-Ħidma Mistennija
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar tliet sigħat.