TRAINING


 

Introduzzjoni għall-Immudellar tal-Proċess tan-Negozju

 

 

Is-Sors

It-taħriġ ta’ dan il-module ġie żviluppat fl-2013 fil-kuntest tal-proġett smeSpire (http://www.smespire.eu/).

Min għandu d-dritt tal-pussess

Awtur: Monique Snoeck (Research Center for Management Informatics – KU Leuven). Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/).

L-Astratt

L-Implimentazzjoni tad-Direttiva tal-INSPIRE tinvolvi proċessi differenti tan-negozji li jistgħu jiġu identifikati bl-użu tad-direttiva tal-INSPIRE u bl-implimentazzjoni tar-regoli. eż: Il-Moniteraġġ tal-BP u r-Rappurtar: ir-rapport tal-indikaturi. L-Immudellar tal-Proċess tan-Negozju jgħin biex il-ftehim u lmoniteraġġ ikun aħjar u jitjiebu wkoll l-avvenimenti, id-deċiżjonijiet u l-attivitajiet li huma parti mill- INSPIRE.

Dan il-module jittratta d-definizzjoni tal-proċessi tan-negozji u r-riżultati tagħhom, jittratta identifikazzjoni tal-proċess tan-negozju u l-moniteraġġ tal-attività tan-negozju. Dan il-module jittratta wkoll l-identifikazzjoni tal-elementi ewlenin tal-proċess u tal-aġenti tal-immudellar.

Apparti minn hekk, dan il-module jiffoka fuq kif wieħed jista’ japplika n-notazzjoni tal-proċess talimmudellar tan-negozju ma’ eżempji u eżerċizzji differenti u jiffoka wkoll fuq kif wieħed jista’ jittratta kunċetti avvanzati tal-Proċess tal-Immaniġġjar tan-Negozju.

Il-materjal tat-taħriġ jikkonsisti minn preżentazzjonijiet, id-dokumenti ta’ sapport u weblecture. Dan ilmodule hu self-learning module.

L-Istruttura

Dan is-seminar jikkonsisti minn dawn il-modules/partijiet:

  1. X’inhu l-proċess tan-negozju.
  2. X’inhu l-Immaniġġjar tal-proċess tan-negozji.
  3. In-Notazzjoni tal-Immudellar tal-Proċess tan-Negozju.
Ir-Riżultati

Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant ikun jista’ jifhem l-irwol tal-proċess tal-immudellar tan-negozji; ikun jista’ jidentifika l-proċessi tan-negozji u l-komponenti ewlenin tagħhom; ikun jista’ joħloq figuri ta’ livelli għoljin billi juża n-notazzjoni tal-BPMN (għarfien fuq in-notazzjoni bażika tal-BPMN u l-użu talavvenimenti).

L-Udjenza Intenzjonata

Dan is-seminar hu intenzjonat għal persuni li għandhom interess fl-aspetti li huma relatati mal-IT. Dan is-seminar mhux se jingħata mill-perspettiva teknoloġika. Huwa tajjeb li wieħed ikollu għarfien ġenerali fuq l-informazzjoni tas-sistema u fl-interess tas-sistema arkitettonika.

Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’)
M’hemm l-ebda prerekwiżiti meħtieġa għal dan il-module.
Il-Lingwa
Ingliż
Il-Format
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module hu self-learning module.
Il-Ħidma Mistennija
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar erba’ sigħat.