TRAINING


 

Introduzzjoni għal INSPIRE

 

 

Is-Sors

Il-verżjonijiet aktar bikrija ta’ dan it-taħriġ tal-module, ġew żviluppati fl-2009 fil-proġett VESTA-GIS (http://www.vesta-gis.eu/), fl-2010 fil-proġett Nature-SDI Plus (http://www.nature-sdi.eu/) u fl-2010 u fl-2011 fil-Programm tal-EuroSDR fi ħdan is-servizzi edukattivi (EduServ) (http://www.eurosdr.net).

Min għandu d-dritt tal-pussess

Awtur: Danny Vandenbroucke, KU Leuven. Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/).

L-Astratt

L-inizjattiva tal-INSPIRE taf il-bidu tagħha fl-2001 mill-Kummissjoni Ewropea. L-għan tagħha kien li ttejjeb it-tixrid tal-informazzjoni spazjali (spatial data) u s-servizzi bejn l-awtoritajiet pubbliċi, sabiex b’hekk ikun hemm aktar assistenza waqt l-iżvilupp tar-regoli fuq l-ambjent, u fuq l-attivitajiet li jista’ jkollhom impatt dirett jew indirett fuq l-ambjent. Id-direttiva tal-INSPIRE ġiet infurzata f’Mejju tal- 2007. L-Istati Membri poġġew din id-direttiva fil-leġislazzjoni nazzjonali, u bdew jimplimentaw ilkomponenti tal-INSPIRE: il-binja tal-istruttura, l-armonizzazzjoni tal-informazzjoni spazjali (spatial data), l-iżvilupp tas-servizzi tan-netwerk biex tkun tista’ tiġi aċċessata l-informazzjoni, iż-żamma tasservizzi tal-metadata għall-informazzjoni spazjali (spatial data), u jiġu mwettqa miżuri biex titjieb linformazzjoni u s-servizz tat-tixrid tagħha.

Dan il-module jittratta l-aspetti ewlenin tad-direttiva tal-INSPIRE: il-kuntest u l-isfond tagħha, lintenzjoni u l-kapitli ewlenin tad-Direttiva, id-deskrizzjoni qasira u ġenerika tar-regoli li se jiġu implimentati, il-konformità tas-servizzi u tal-informazzjoni spazjali (spatial data), u l-potenzjal għal soluzzjonijiet innovattivi li huma bbażati fuq INSPIRE. Dan il-module jagħti importanza wkoll fuq irrelazzjoni li hemm bejn l-INSPIRE u Direttivi oħra, bħad-Direttiva 2003/98/EC li tittratta l-użu talinformazzjoni tas-settur pubbliku (PSI) u bħad-Direttiva 2003/4/EC li tittratta fuq l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali.

Il-materjal tat-taħriġ jikkonsisti fi preżentazzjonijiet, id-dokumenti ta’ sapport u weblecture. Dan ilmodule hu self-learning module.

L-Istruttura

Dan is-seminar jikkonsisti minn dawn il-partijiet:

  1. L-użu tal-informazzjoni ġeografika waqt il-proċess tax-xogħol u waqt l-iżvilupp tal-liġijiet.
  2. L-Infrastrutturi tal-Informazzjoni Spazjali (Spatial Data Infrastructures) biex jiffaċilitaw laċċess u t-tixrid tal-informazzjoni.
  3. Id-Deskrizzjoni qasira u ġenerika tad-direttiva tal-INSPIRE.
  4. L-Implimentazzjoni tar-Regoli.
  5. Il-konformità tal-informazzjoni u tas-servizzi.
  6. Il-potenzjal għal soluzzjonijiet ġodda u innovattivi.
Ir-Riżultati

Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant ikun jista’ jagħmel taqsira tal-isfidi ewlenin tal-aċċess għallinformazzjoni spazjali (spatial data) u tat-tixrid; ikun jista’ jifhem sew u jispjega il-kunċetti u lkomponenti tal-Infrastrutturi tal-Informazzjoni Spazjali; ikun jista’ jiddefinixxi u jqassar il-kapitli ewlenin tad-Direttiva tal-INSPIRE; ikun jista’ jirrikonoxxi u jikklassifika min hu xiex fl-INSPIRE u min huma l-aktar stakeholders importanti; ikun jista’ jiddefinixxi u jiddiskuti r-regoli differenti li se jiġu implimentati (metadata, l-ispeċifikazzjonijiet tal-informazzjoni, is-servizzi tan-netwerk, l-informazzjoni u t-tixrid tas-servizz, il-moniteraġġ u r-rappurtat) u linji-gwida tekniċi; ikun jista’ jagħmel lista u jara liema huma l-aktar SDI avvanzati fl-Ewropa u l-aħjar prattiċitajiet; u jkun jista’ jiddeskrivi u jiddiskuti lopportunitajiet ewlenin għal setturi differenti, biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu mill-iżvilupp, millmanutenzjoni u mill-utilizzazzjoni tal-INSPIRE.

L-Udjenza Intenzjonata

Dan is-seminar hu intenzjonat għal dawk il-professjonisti li qegħdin ifittxu xi informazzjoni ġenerali fuq l-inizjattiva tal-INSPIRE (eż: min imexxi l-SME’s (il-kumpaniji żgħar u medji) u l-figuri pubbliċi). Dan is-seminar hu intenzjonat ukoll għal dawk in-nies qiegħda li qegħdin ifittxu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol.

Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’)
M’hemm l-ebda prerekwiżiti meħtieġa għal dan il-module.
Il-Lingwa
Ingliż
Il-Format
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module hu self-learning module.
Il-Ħidma Mistennija
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar erba’ sigħat.