TRAINING


 

Is-servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE b’mod avvanzat

 

 

Is-Sors
It-taħriġ ta’ dan il-module ġie żviluppat fl-2014, fi ħdan il-kuntest tal-proġett tal-smeSpire. (http://www.smespire.eu/) u fi ħdan il-kuntest tal-Iskejjel tas-sajf ġewwa KU Leuven mill-2010 sal-2012.
Min għandu d-dritt tal-pussess
Awturi: Paul Jacxsens, KU Leauven. Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/)
L-Astratt

Id-Direttiva tal-INSPIRE tiddefinixxi 5 tipi ta’ servizzi tas-sit, li huma magħrufa bħala servizzi tan-netwerk, li minnhom ir-riżorsi tal-ispatial data tista’ tiġi aċċessata skont il-paradigma tal-publish-search-find-bind. Min juża dawn is-servizzi jista’ jsib informazzjoni skont il-kriterja speċifika li jkun qiegħed ifittex (jew koordinazzjoni ġeografika), jista’ jara l-metadata u l-ispatial data hu stess, u jista’ wkoll iniżżilhom fuq il-kompjuter tiegħu, biex ikun jista’ jużahom fiex ikun meħtieġ. Is-servizz tan-netwerk tal-INSPIRE ikompli jżid fuq l-istandards internazzjonali li diġà jeżistu mill-W3C, ISO u OGC. Mhuwiex faċli li wieħed jibni s-servizzi tan-netwerk b’mod tajjeb u mill-aħjar, għalhekk wieħed għandu bżonn ikollu l-eżerċizzji neċessarji li huma bbażati fuq l-aħjar prattika tal-linji gwida.

Il-module jiġbor fil-qosor ir-regoli ta’ implimentazzjoni tas-servizzi tan-netwerk (il-punti bażiċi tal-module li jiġbor fih is-servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE) u jipprovdi xi linji gwida li huma bbażati fuq l-aħjar prattiċitajiet fl-Ewropa. Dawn il-linji gwida jintużaw sabiex jinbnew il-konformatur u l-performatur tas-servizzi tan-netwerk. Il-module jipprovdi intuwizzjoni ta’ kif jiġu strutturati l-WMS, l-WFS u l-CSW, u kif wieħed jista’ jeżamina servizzi bħal dawn. Il-materjal tat-taħriġ, jikkonsisti minn preżentazzjonijiet, dokumenti ta’ evidenza, eżerċizzji, assenjamenti, webcasts u web-lecture. Dan il-module hu self-learning module, imma jista’ jiġi provdut ukoll bħala module li jiġi mgħallem wiċċ imb wiċċ.

L-Istruttura

Dan is-seminar jinkludi fih dawn il-partijiet:

  1. Qabel jinbdew is-servizzi kreattivi – deskrizzjoni qasira u ġenerika tar-regoli u tal-linji gwida l-aktar prattiċi.
  2. L-issettjar tal-eżerċizzju prattiku u l-ittestjar tal-WMS
  3. L-issettjar tal-eżerċizzju prattiku u l-ittestjar tal-WFS
  4. L-issettjar tal-eżerċizzju prattiku u l-ittestjar tal-CSW
Ir-Riżultati
Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant se jkun jista’ jipprepara l-issettjar tas-servizz tas-sit; jibni u jikkonfigura WFS li hi lesta għall-użu u jeżamina l-kwalità tas-servizz tal-kapaċitajiet u tal-attributijiet; jibni CSW li hi lesta għall-użu u jeżamina l-kwalità tas-servizz tal-kapaċitajiet u tal-attributijiet.
L-Udjenza Intenzjonata
Dan is-seminar hu intenzjonat għall-professjonisti tal-GI u għall-professjonisti tal-ICT, li għandhom bżonn jimplimentaw is-servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE.
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’)
Il-parteċipanti għandhom ikollhom għarfien bażiku fuq l-INSPIRE (Introduzzjoni għall-INSPIRE), kif ukoll għarfien bażiku fuq is-servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE u standards internazzjonali fuq xiex inhuma bbażati.
Il-Lingwa
Ingliż
Il-Format
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, eżerċizzji, assenjamenti, webcasts u weblecture. Dan il-module hu self-learning module, imma jista’ jiġi provdut ukoll bħala module li jiġi mgħallem wiċċ imb wiċċ.
Il-Ħidma Mistennija
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar tmintax-il siegħa. (tnax-il siegħa meta l-format ikun wiċċ imb wiċċ)