TRAINING
INSPIRE Avvanzat |
Is-Sors |
It-taħriġ ta’ dan il-module ġie żviluppat fl-2014, fi ħdan il-kuntest tal-proġett tal-smeSpire. (http://www.smespire.eu/). |
Min għandu d-dritt tal-pussess |
Awturi: Glenn Vancauwenberghe – KU Leauven. Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/) |
L-Astratt |
Fl-2007, il-membri stati bdew l-implimentazzjoni tad-direttiva tal-INSPIRE. Minn dakinhar ’l hawn, iktar minn 250,000 spatial data u servizzi tan-netwerk saru disponibbli permezz tal-geoportals Ewropej, nazzjonali u tematiċi. Madankollu, l-integrazzjoni tas-servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE, fil-proċess negozjat ta’ kuljum, baqgħet sfida. Fil-kuntest tal-proċessi tal-eGovernmental, hemm diversi prattiċi tajbin għall-użu tal-informazzjoni ġeografika, u għalhekk isiru diversi interazzjonijiet mill-Gvern għaċ-Ċittadini (G2C), mill-Gvern għan-Negozju (G2B), u mill-Gvern għall-Gvern (G2G). Apparti minn hekk, l-approċċ tal-INSPIRE jista’ jiġi applikat f’regolamenti oħra u l-valur tiegħu jibda jidher aktar ċar fl-applikazzjonijiet tal-cross-border u tal-cross-sector. Dan il-module jaħdem ma’ kif l-INSPIRE tista’ ssir fattur importanti fil-proċessi negozjanti tal-e-Government. Dan ipoġġi l-inizjattiva tal-INSPIRE fil-kuntest ta’ inizjattivi oħra u jiftaħ aktar l-iżvilupp teknoloġiku. Dan il-module jispjega l-iżviluppi potenzjali u futuri tal-INSPIRE u l-programm ta’ manutenzjoni. B’fokus fuq l-applikazzjoni tal-cross-sector u tal-cross-border, jingħataw eżempji ta’ kif issir l-integrazzjoni tal-informazzjoni lokali fil-proċess tal-e-Governmental. Il-materjal tat-taħriġ jikkonsisti minn preżentazzjonijiet, dokumenti ta’ evidenza u weblecture. Dan il-module hu self-learing module. |
L-Istruttura |
Dan is-seminar jinkludi fih dawn il-modules/partijiet:
|
Ir-Riżultati |
Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant se jkun jista’: jiddeskrivi u jqassar l-elementi prinċipali tal-Manutenzjoni tal-INSPIRE u tal-Qafas t’Implimentazzjoni (MIF) kif ukoll l-iżviluppi riċenti; jidentifika min hu min, fl-implimentazzjoni tal-INSPIRE (Il-manutenzjoni tal-INSPIRE u l-gruppi implimentati, in-nies esperti); jiddeskrivi u jispjega r-relazzjoni tal-INSPIRE mal-Copernicus, mal-GEO, max-Shared Environmental Information System (SEIS), the European Union Location Framework (EULF), the Digital Agenda for Europe (DAE), u the PSI Directive; jiddefinixxi u jiddiskuti l-opportunitajiet u l-isfidi prinċipali tas-servizzi integrati fl-e-Government; u jirrikonoxxi u jillustra l-użu tal-cross-border tas-servizzi tal-INSPIRE, billi jagħmel użu mill-każijiet ta’ studju u mill-istejjer suċċessivi. |
L-Udjenza Intenzjonata |
Dan is-seminar hu intenzjonat għall-professjonisti li qegħdin ifittxu intuwizzjoni aktar profonda fl-isfidi tal-inizjattivi tal-INSPIRE u li jridu jkomplu jkabbru l-offerti tal-opportunitajiet tal-INSPIRE (eż. meniġers tal-SMEs u persuni pubbliċi). Dan hu intenzjonat ukoll għal dawk in-nies qiegħda li qegħdin ifittxu opportunitajiet ta’ xogħol. |
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’) |
Il-parteċipanti għandhom ikunu jafu l-punti bażiċi tal-INSPIRE jew inkella jkunu segwew l-Introduzzjoni tal-INSPIRE. |
Il-Lingwa |
Ingliż |
Il-Format |
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module hu self-learning module. |
Il-Ħidma Mistennija |
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar erba’ sigħat. |