TRAINING
Soluzzjonijiet innovattivi fuq Cloud Computing |
Is-Sors |
It-taħriġ ta’ dan il-module ġie żviluppat fl-2014, fi ħdan il-kuntest tal-proġett tal-smeSpire. (http://www.smespire.eu/). |
Min għandu d-dritt tal-pussess |
Awturi: Dirk Frigne u Frank Maes (Geosparc). Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/) |
L-Astratt |
Is-soluzzjonijiet innovattivi tal-Cloud Computing jistgħu jkunu għodda tajba għal aktar implimentazzjoni u adozzjoni tal-INSPIRE. Dan il-module jipprovdi intuwizzjoni lill-SDI’s, fl-aspett tas-soluzzjonijiet innovattivi tal-cloud computing. Il-punt tat-tluq ta’ dan il-module se jkun iċ-ċaqliq tal-istandards, tas-software u tal-informazzjoni miftuħin. Dan il-module jiddeskrivi l-arkitettura innovattiva għall-SDI’s u jipprovdi wkoll diversi eżempji tas-soluzzjonijiet tal-cloud computing għall-SDI’s. Dan il-module se jintroduċi l-kunċett tal-‘istandards tal-ekosistema’, bħala avviċinament li jgħaqqad il-mudell tal-open source business ma’ proprjetarju. |
L-Istruttura |
Dan is-seminar jinkludi fih dawn il-modules/partijiet:
|
Ir-Riżultati |
Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant se jkun jista’: - jiddeskrivi u jirrapporta l-kuntest tas-soluzzjonijiet innovattivi tal-cloud computing. - jiddefinixxi u juri b’mod ċar is-soluzzjonijiet innovattivi tal-cloud computing għall-SDIs. - jiddeskrivi u jqassar l-eżempji tas-soluzzjonijiet innovattivi tal-cloud computing għall-SDIs. - jiddeskrivi u jiddiskuti l-ekosistema tal-istakeholders. eż: klijent, żviluppatur, integratur… - jiddefinixxi u jiddiskuti l-mudelli tan-negozji għas-soluzzjonijiet innovattivi tal-cloud computing |
L-Udjenza Intenzjonata |
Dan is-seminar hu intenzjonat għall-esperti tekniċi u anke dawk mhux tekniċi. |
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’) |
Għal dan il-module m’hemmx bżonn ta’ prerekwiżiti. |
Il-Lingwa |
Ingliż |
Il-Format |
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module hu self-learning module. |
Il-Ħidma Mistennija |
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar erba’ sigħat. |