TRAINING


 

Taħriġ Prattiku. Kif tippubblika d-data bħala Linked data.

 

 

Is-Sors
It-taħriġ ta’ dan il-module ġie żviluppat fl-2014, fi ħdan il-kuntest tal-proġett tal-smeSpire. (http://www.smespire.eu/).
Min għandu d-dritt tal-pussess
Awturi: Diederik Tirry – KU Leuven. Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/)
L-Astratt
Linked data hi avviċinament tajjeb ta’ kif l-informazzjoni tista’ tiġi ppubblikata b’mod strutturat, sabiex b’hekk tkun tista’ tintrabat ma’ informazzjoni oħra fuq is-sit, u b’hekk tkun aktar prattika. Minflok l-użu tal-webpages biex jinqraw mill-individwi, l-informazzjoni tiġi preżentata b’tali mod li tista’ tinqara awtomatikament mill-kompjuters. B’dan il-mod, l-informazzjoni minn sorsi differenti tkun tista’ tintrabat flimkien u tintuża f’daqqa. Il-kollezzjoni tat-teknoloġiji tas-Sit Semantika (RDF, OWL, SKOS, SPARQL, eċċ) tipprovdi ambjent fejn l-użu ta’ ċerti vokabularji jista’ jinterferixxi jew joħloq tfixkiel fl-informazzjoni. Is-sezzjoni tat-taħriġ tipprovdi introduzzjoni għal-linked data u għaċ-ċiklu tal-metadata. Din tipprovdi wkoll intuwizzjoni ta’ kif il-linked data tista’ tiġi ppubblikata. It-taħriġ jiffoka wkoll fuq l-użu tal-vokabularju, tal-URLs u tal-permessi. Se jingħataw ukoll eżerċizzji prattiċi ta’ kif wieħed jista’ jippubblika l-informazzjoni billi juża l-OpenRefine.
L-Istruttura

Dan is-seminar jikkonsisti fih dawn il-modules/partijiet:

  1. Introduzzjoni għal-linked data u għal-lifecycle tal-metadata.
  2. L-Ippubblikar tal-linked data: Livell konċettwali u implimentattiv.
  3. L-użu tal-vokabularji.
  4. URls u permessi
  5. Prattika: L-ippubblikar tal-informazzjoni permezz tal-użu tal-OpenRefine.
Ir-Riżultati

Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant se jkun jista’:

- jidentifika u jiddeskrivi l-prinċipji bażiċi tal-linked data

- japplika l-linji gwida għall-ippubblikar tal-linked data

- jifhem l-istrateġiji tal-URl u tal-permessi

- jifhem l-użu tal-vokabularji li diġà jkunu jeżistu

- jesprimi l-informazzjoni f’fond għall-iżvilupp tar-reġjun li jittripla u jissettja ħoloq għal sorsi oħra ta’ informazzjoni billi juża l-OpenRefine.

L-Udjenza Intenzjonata
Dan is-seminar hu intenzjonat għall-esperti tekniċi.
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’)
Għarfien bażiku fuq il-linked data.
Il-Lingwa
Ingliż
Il-Format
Preżentazzjonijiet u taħriġ prattiku.
Il-Ħidma Mistennija
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar tmien sigħat.