TRAINING
Eżempji tat-Trasformazzjoni tad-Data |
< Back to the Modules list |
Is-Sors |
Verżjonijiet aktar bikrija ta’ dan it-taħriġ tal-module, ġew żviluppati fl-2010 fil-kuntest tal-proġett Nature-SDI Plus (http://www.nature-sdi.eu/) u fl-2013 fil-kuntest tal-proġett tal-smeSpire (http://www.smespire.eu/) |
Min għandu d-dritt għall-pussess |
Awturi: Giacomo Martirano, Fabio Vinci, Stefania Morrone (EPSILON ITALIA). Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/) |
L-Astratt |
Is-self-learning module jipprovdi eżempji ta’ trasformazzjonijiet ta’ sorsi ta’ dataset, f’dataset li jaqbel mal-bżonnijiet tekniċi tar-Regoli u tal-Linji Gwida Tekniċi tal-INSPIRE li jridu jiġu implimentati. Pass pass, juri l-proċess tat-trasformazzjoni. Jibda mill-analiżi tas-sors tad-dataset u mill-mudell tagħhom u mill-istudju tal-Ispeċifikazzjoni tad-data tal-INSPIRE. Il-module juri l-użu tat-tabella tat-tqabbil bħala għodda importanti sabiex jiġi dokumentat il-proċess tat-tqabbil, bejn l-elementi tas-sors tad-data u l-elementi tal-mudell tad-data tal-INSPIRE. Dan kollu, jispjega kif wieħed jista’ jidentifika u jsolvi xi problemi komuni li jinqalgħu waqt it-tqabbil. Bl-użu ta’ għodda selettiva, il-proċess tat-trasformazzjoni jiġi spjegat b’mod tajjeb, għax juri l-validità tat-tqabbil li qed jiġi mħaddem kontra l-iskema relevanti tal-applikazzjoni tal-INSPIRE. Fl-aħħar, tingħata wkoll dimostrazzjoni ta’ kif wieħed jiġġenera d-data armonizzata tal-GML. |
L-Istruttura |
|
Ir-Riżultat |
Wara l-module, il-parteċipant se jkun jista’ jidentifika u jifhem is-sors u l-mudell immirat tad-data, se jkun jista’ jimla t-tabelli tat-tqabbil, se jkun jista’ jagħmel it-trasformazzjoni tad-data minn sors li mhux armonizzat, għal sors li hu armonizzat, bl-għan li jkun jista’ jesporta d-data tal-GML. |
L-Udjenza Intenzjonata |
Dan hu intenzjonat għall-professjonisti tal-GIS u tal-ICT, li għandhom l-iskop li joħolqu armonija bejn l-informazzjoni tagħhom u l-ispeċifikazzjonijiet tad-data tal-INSPIRE. |
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’) |
Għarfien bażiku fuq l-INSPIRE. Il-module LINKVIT: “Procedures for Data and Metadata Harmonization”. |
Il-Lingwa |
Ingliż |
Il-Format |
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module hu self-learning module. |
Il-Ħidma Mistennija |
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar sagħtejn. |