TRAINING
Il-Bażi tas-servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE |
Is-Sors |
Il-verżjonijiet aktar bikrija ta’ dan it-taħriġ tal-module ġew żviluppati fi ħdan il-kuntest tal-Iskejjel tassajf KU Leaven, bejn l-2010 u l-2012 u fl-2013 ġew żviluppati fil-proġett smespire (http://www.smespite.eu/). |
Min għandu d-dritt tal-pussess |
Awturi: Paul Jacxsens, KU Leuven u Anders Östman, Novogit AB. Il-materjal hu provdut mill- Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/). |
L-Astratt |
Id-Direttiva tal-INSPIRE tiddefinixxi ħames tipi ta’ servizzi tas-siti. Dawn it-tipi ta’ servizzi jingħataw lisem ta’ servizzi tan-netwerk. Dawn is-servizzi tan-netwerk jipprovdu aċċess għar-riżorsi talinformazzjoni spazjali (spatial data), skont il-public-search-find-bind paradigm. Dawk li jużaw dawn is-servizzi, jistgħu jsibu l-informazzjoni permezz ta’ kriterji speċifiċi, jaraw il-metadata u linformazzjoni spazjali huma stess, u jniżżluhom għal fuq il-kompjuter tagħhom biex ikunu jistgħu jkomplu jużawhom. Is-servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE ikomplu javvanzaw billi jimxu fuq standards internazzjonali li jkunu diġà jeżistu, bħal W3C, ISO u OGC. Dan il-module jintroduċi l-kunċetti tal-World Wide Web (WWW) u tas-Service Oriented Architecture (SOA). Dan jiddeskrivi u juri b’mod ċar il-ħames tipi ta’ servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE (tiskopri, tara, tniżżel, tittrasforma u tuża fil-prattika). Dan il-module jagħti spjegazzjoni tar-rabta li hemm flistandards eżistenti tal-ISO u tal-OGC (eż: CSW, WMS, u WFS) u jagħti lok għal diskussjonijiet fuq ir-regoli implimentati tal-INSPIRE. Regoli li huma applikabbli u li jinkludu fihom aspetti ta’ konformità. Il-materjal tat-taħriġ jikkonsisti minn preżentazzjonijiet, dokumenti li juru evidenza u weblecture. Dan il-module hu self-learning module. |
L-Istruttura |
Dan il-module jikkonsisti minn dawn il-modules/partijiet:
|
Ir-Riżultati |
Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant ikun jista’ jidentifika u jiddeskrivi l-prinċipji u l-kunċetti tasservizzi teknoloġiċi tas-sit u l-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi tas-sit; ikun jista’ jagħmel lista u jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard tal-OGC għal Catalogue Service for the Web (CSW), għal Web Map Service (WMS) u għal Web Feature Service (WFS) u jipprovdi l-eżempji għal kull wieħed minnhom; se jkun jista’ jidentifika eżempji tajbin tal-Klijenti u tas-Servers tal-WMS/WFS u jagħti eżempji għal kull wieħed minnhom; ikun jista’ joħloq rabta bejn is-servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE u dawk l-istandards internazzjonali; ikun jista’ jidentifika u jiddeskrivi l-aspetti prinċipali tal-INSPIRE li jikkonformaw mal-metadata tas-servizzi; ikun jista’ jidentifika u jiddeskrivi l-aspetti ewlenin tal-geoportal tal-INSPIRE; ikun jista’ jidentifika u jiddeskrivi l-preżentazzjonijiet u l-gwidi ta’ kompetenza u anke xi għodda biex isiru t-testijiet. |
L-Udjenza Intenzjonata |
Stakeholders tal-INSPIRE li jridu jimplimentaw is-servizzi tan-netwerk tal-INSPIRE, imma għadhom fl-istadju bikri ta’ dawn l-attivitajiet. |
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’) |
M’hemm l-ebda prerekwiżiti meħtieġa għal dan il-module, imma huwa importanti li wieħed ikollu għarfien bażiku fuq l-INSPIRE (Introduzzjoni għall-INSPIRE) |
Il-Lingwa |
Ingliż |
Il-Format |
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module jinkludi xi dimostrazzjonijiet u hu self-learning module. |
Il-Ħidma Mistennija |
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar erba’ sigħat. |