TRAINING
Il-Bażi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Informazzjoni tal-INSPIRE |
Is-Sors |
Il-verżjonijiet aktar bikrija ta’ dan it-taħriġ tal-module ġew żviluppati fl-2010 u fl-2011, fi ħdan ilkuntest tal-Iskola Sajf EnviSDI |
Min għandu d-dritt tal-pussess |
Awtur: Diederik Tirry, KU Leuven. Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/). |
L-Astratt |
Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-INSPIRE hu li tinħoloq armonija fil-gruppi tal-informazzjoni spazjali, li jkunu jistgħu jintużaw mingħajr ebda kundizzjonijiet f’applikazzjonijiet differenti. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, huwa importanti li jkun hemm qbil fuq definizzjonijiet komuni għal temi differenti li jiġu koperti mill-INSPIRE. Bejn l-istakeholders tal-INSPIRE, sar qbil fuq sensiela ta’ standards internazzjonali, jiġifieri, is-sensiliet ISO 19100 tal-istandards geomatics. Dan l-approċċ komuni għandu jiggarantixxi li l-informazzjoni spazjali (spatial data) li ġejja minn temi differenti, tiġi definita u deskritta bl-istess mod. Għalhekk, tkun aktar faċli li din l-informazzjoni tittpartat u tintuża għal bżonnijiet differenti. Jekk ikun hemm bżonn, l-informazzjoni spazjali li tkun diġà teżisti, tinqaleb ukoll f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet li jkun hemm qbil fuqhom, sabiex b’hekk tkun tista’ tintuża f’kuntesti differenti. Dan il-module jiddiskuti l-intenzjoni u l-objettivi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-informazzjoni tal-INSPIRE. Apparti minn hekk, dan il-module jiddiskuti wkoll il-mudell ġeneriku u konċettwali, li hu bbażat fuq listandards dettaljati tas-sensiliet ISO 19100 u jipprovdi eżempji ta’ UML diagrams, għal xi temi partikolari tal-informazzjoni tal-INSPIRE. F’dan il-module jiġu diskussi wkoll it-tipi differenti talmetadata għall-gruppi tal-informazzjoni spazjali (spatial data sets) u r-regoli ġenerali għattrasformazzjoni tal-informazzjoni eżistenti. Il-materjal tat-taħriġ jikkonsisti fi preżentazzjonijiet, dokumenti li juru evidenza u weblecture. Dan ilmodule hu self-learning module. |
L-Istruttura |
Dan il-module jikkonsisti minn dawn il-partijiet:
|
Ir-Riżultati |
Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant ikun jista’ jispjega għala l-INSPIRE għandha bżonn lispeċifikazzjonijiet tal-informazzjoni (interoperabilità); ikun jista’ jidentifika l-elementi ewlenin talarkitettura tal-INSPIRE; ikun jista’ jispjega l-iżvilupp tal-proċess tal-ispeċifikazzjonijiet talinformazzjoni tal-INSPIRE; ikun jista’ jifhem sew l-elementi ewlenin tal-mudell strutturali tal-INSPIRE (il-mudell ġeneriku u konċettwali); ikun jista’ jispjega kif l-ispeċifikazzjonijiet tal-informazzjoni ġew mudellati; ikun jista’ jaqra u jifhem id-dokumenti tal-gwida teknika, li jinkludu l-figuri tal-klassi UML; ikun jista’ jidentifika u jiddeskrivi livelli differenti tal-metadata (skoperta, evalwazzjoni, użu); u jkun jista’ jifhem il-proċess tat-trasformazzjoni tal-informazzjoni u jibda juża l-għodod tat-trasformazzjoni, biex jittrasferixxi l-informazzjoni f’waħda marbuta mal-INSPIRE. |
L-Udjenza Intenzjonata |
Dan is-seminar hu intenzjonat għall-professjonisti tal-GI, għall-professjonisti tal-ICT u għall-maniġers li jridu jifhmu l-proċess tat-trasformazzjoni tal-informazzjoni u l-bżonnijiet meħtieġa għal-linji-gwida u għar-regoli tal-INSPIRE. |
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’) |
Għarfien dwar l-INSPIRE: m’hemm bżonn tal-ebda prerekwiżiti espliċiti. Madankollu, il-parteċipanti għandhom ikollhom l-għarfien bażiku tad-direttiva tal-INSPIRE jew tal-Infrastruttura tal-Informazzjoni Spazjali. (Introduzzjoni għall-INSPIRE). |
Il-Lingwa |
Ingliż |
Il-Format |
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module jinkludi xi dimostrazzjonijiet u hu self-learning module. |
Il-Ħidma Mistennija |
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar erba’ sigħat. |