TRAINING
Il-Bażi tal-Informazzjoni tal-INSPIRE u tas-servizz ta’ tixrid. |
Is-Sors |
It-taħriġ ta’ dan il-module ġie żviluppat fl-2013 fil-kuntest tal-proġett smeSpire (http://www.smespire.eu/). |
Min għandu d-dritt tal-pussess |
Awtur: Clare Hadley, Ordnance Survey UK. Il-materjal hu provdut mill-Creative Commons Attribution Share-Alike License (http://creativecommons.org/licenses/by-sa/3.0/). |
L-Astratt |
L-inizjattiva tal-INSPIRE taf il-bidu tagħha fl-2001 mill-Kummissjoni Ewropea. L-għan tagħha kien li ttejjeb it-tixrid tal-informazzjoni spazjali (spatial data) u s-servizzi bejn l-awtoritajiet pubbliċi, sabiex b’hekk ikun hemm aktar assistenza waqt l-iżvilupp tar-regoli fuq l-ambjent, u fuq l-attivitajiet li jista’ jkollhom impatt dirett jew indirett fuq l-ambjent. Dan il-module jiffoka fuq il-leġislazzjoni Ewropea dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-użu tagħha aktar minn darba. Jiffoka wkoll fuq it-tixrid pubbliku tad-Direttiva Aarhus, biex l-informazzjoni ambjentali tkun aċċessibbli; fuq id-Direttiva għal użu aktar minn darba tal-Informazzjoni li hi aċċessibbli għas-settur pubbliku; u l-kundizzjonijiet meħtieġa (r-regola implimentata) tad-Direttiva tal-INSPIRE dwar it-tixrid tal-informazzjoni u tas-servizzi. Dan il-module jiffoka f’aktar dettall fuq l- INSPIRE, ir-regolamenti tat-tixrid u x’informazzjoni trid tinġabar, gwida fuq ir-regolamenti, it-tfassil tal-qbil tal-INSPIRE u t-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja bażika u speċifika tal-INSPIRE u eżempji prattiċi. Dan il-module jittratta wkoll is-suġġett tal-informazzjoni u tas-servizz ta’ tixrid bl-aħjar mod possibbli. Madankollu, sabiex dan iseħħ, il-leġislazzjoni tal-INSPIRE trid tkun qiegħda taħdem, l-informazzjoni tkun miftuħa għal kulħadd, is-servizzi tat-tixrid tal-informazzjoni jkunu mmexxija sew, ikun hemm qari ta’ liċenzji u proġetti Ewropej b’inizjattivi bħal EULF, ELF, ARE3NA. Il-materjal tat-taħriġ jikkonsisti fi preżentazzjonijiet, dokumenti li juru evidenza u weblecture. Dan ilmodule hu self-learning module. |
L-Istruttura |
Dan is-seminar jikkonsisti minn dawn il-modules/partijiet:
|
Ir-Riżultati |
Wara l-offerta tat-taħriġ, il-parteċipant ikun jista’ jagħmel taqsira tal-kuntest li fih ġie abbozzat ilkapitlu tad-Direttiva tal-INSPIRE, li kien fuq l-informazzjoni u t-tixrid tas-servizz. Din se tgħin biex ikunu jistgħu jinftehmu sew u jiġu spjegati b’mod ċar l-aspetti ewlenin tal-kapitlu fuq l-Informazzjoni u t-Tixrid tas-Servizz, tad-Direttiva tal-INSPIRE (għanijiet, prinċipji); biex ikunu jistgħu jiġu definiti u mqassra l-kundizzjonijiet meħtieġa tar-Regolamenti tal-INSPIRE; biex ikunu jistgħu jiġu deskritti u diskussi bl-aħjar mod possibbli l-informazzjoni tal-INSPIRE u s-servizz tat-tixrid u biex jingħata eżempju ta’ kif jiġu rrappurtati l-qbil tat-tixrid tal-informazzjoni; biex ikunu jistgħu jiġu deskritti u diskussi l-aspetti li huma relatati mal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni; biex ikunu jistgħu jiġu spjegati l-impatti li l-leġislazzjoni kurrenti u l-implimentazzjonijiet tagħha se jħallu fuq terzi partijiet, u biex ikunu jistgħu jsiru l-kummenti dwar is-suċċess tal-leġislazzjoni kurrenti, waqt li qegħdin jiġu milħuqa l-għanijiet tagħha. |
L-Udjenza Intenzjonata |
Dan is-seminar hu intenzjonat għal dawk il-professjonisti li jridu jifhmu l-leġislazzjoni Ewropea fuq laċċess tal-informazzjoni, jagħmlu użu minnha aktar minn darba u dawk li jridu jxerrdu lkundizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva tal-INSPIRE, fejn jidħol it-tixrid tal-informazzjoni u tas-servizzi. |
Il-Prerekwiżiti (xi ħaġa meħtieġa minn qabel bħala kondizzjoni li minnha jiddependi l-effett li jrid jinqala’) |
M’hemm l-ebda prerekwiżiti meħtieġa għal dan il-module. |
Il-Lingwa |
Ingliż |
Il-Format |
Dokumenti f’PDF, preżentazzjonijiet, Weblecture. Dan il-module hu self-learning module. |
Il-Ħidma Mistennija |
L-ammont ta’ ħin sabiex isir dan ix-xogħol għandu jkun ta’ madwar erba’ sigħat. |